Translations:Policy:Terms of Use/5/mt

From Wikimedia Foundation Governance Wiki

Biex nappoġġaw il-komunità vibranti tagħna, aħna nipprovdu l-infrastruttura essenzjali u l-qafas organizzattiv għall-iżvilupp tal-proġetti multilingwali u l-edizzjonijiet tagħhom (kif spjegat fuq il-paġna tal-Proġetti Wikimedia) (hawnhekk qed jiġu riferuti bħala “Proġetti”) u sforzi oħra li jaqdu din il-missjoni. Naħdmu biex nagħmlu u nżommu kontenut edukattiv u informattiv mill-Proġetti disponibbli fuq l-internet mingħajr ħlas, għal dejjem.