Jump to content

Wikimedia Foundation Termini tal-Użu

From Wikimedia Foundation Governance Wiki
This page is a translated version of the page Policy:Terms of Use and the translation is 100% complete.

Shortcut:
ToU

It-Termini tal-Użu Tagħna

Immaġina dinja li fiha kull bniedem jista’ jaqsam liberament għarfien kollu f’daqqa. Dan huwa l-impenn tagħna.Id- Differmazzjoni tagħna dwar il- Viżjoni

Merħba f’Wikimedia! Il-Fondazzjoni Wikimedia, Inc (“aħna” jew “tagħna” jew “il-Fondazzjoni”), hijaorganizzazzjoni tal-karità mingħajr skop ta’ qligħ, bis-sede f’San Francisco, California, l-Istati Uniti, bil-missjoni li ssaħħaħ u tinvolvi nies madwar id-dinja biex jiġbru u jiżviluppaw kontenut taħt liċenzja bla ħlas jew fid-dominju pubbliku, u biex tqassam dan b’mod effettiv u globali, bla ħlas.

Biex nappoġġaw il-komunità vibranti tagħna, aħna nipprovdu l-infrastruttura essenzjali u l-qafas organizzattiv għall-iżvilupp tal-proġetti multilingwali u l-edizzjonijiet tagħhom (kif spjegat fuq il-paġna tal-Proġetti Wikimedia) (hawnhekk qed jiġu riferuti bħala “Proġetti”) u sforzi oħra li jaqdu din il-missjoni. Naħdmu biex nagħmlu u nżommu kontenut edukattiv u informattiv mill-Proġetti disponibbli fuq l-internet mingħajr ħlas, għal dejjem.

Nilqgħuk (“int” jew l-“utent”) bħala qarrej, jew kontributur tal-Proġetti, u nħeġġuk tingħaqad mal-komunità ta’ Wikimedia. Qabel ma tipparteċipa, madankollu, nitolbu li jekk jogħġbok taqra u taqbel mat-Termini ta’ Użu li ġejjin (“Termini ta’ Użu”).

Overview

Dawn it-Termini ta’ Użu jgħidulek dwar is-servizzi pubbliċi tagħna fil-Fondazzjoni Wikimedia, ir-relazzjoni tagħna miegħek bħala utent, u d-drittijiet u r-responsabbiltajiet li jiggwidaw lilna t-tnejn. Aħna nospitaw kwantità inkredibbli ta’ kontenut edukattiv u informattiv, li kollha hija kkontribwita u magħmula possibbli minn utenti bħalek. Ġeneralment ma nikkontribwixxux, ma nissorveljawx jew ma nħassrux kontenut (b’eċċezzjonijiet rari, bħal taħt politiki bħal dawn it-Termini tal-Użu, għal konformità legali, jew meta niffaċċjaw theddid urġenti ta’ ħsara serja). Dan ifisser li l-kontroll editorjali huwa f’idejk u f’idejn l-utenti sħabek li joħolqu u jamministraw il-kontenut.

Il-komunità – in-netwerk ta’ utenti li qed jibnu u jużaw kontinwament il-Proġetti u/jew is-siti web tagħhom (minn hawn imsejħa “Siti Web tal-Proġett”) – hija l-mezz ewlieni li permezz tiegħu jintlaħqu l-għanijiet tal-missjoni. Il-komunità tikkontribwixxi għal u tgħin biex tirregola l-Proġetti u s-Siti Web tal-Proġetti tagħna. Il-komunità tieħu wkoll il-funzjoni kritika li toħloq u tinforza politiki għall-edizzjonijiet speċifiċi tal-Proġett (bħall-edizzjonijiet tal-lingwi differenti għall-Proġett tal-Wikipedia jew l-edizzjoni multilingwali tal-Wikimedia Commons).

Int, l-utent, mistieden tingħaqad bħala kontributur, editur jew awtur, iżda għandek issegwi l-politiki li jirregolaw kull waħda mill-edizzjonijiet indipendenti tal-Proġett, inkluż il-Kodiċi ta’ Kondotta Universali (Universal Code of Conduct, UCoC), li japplikaw għall-edizzjonijiet kollha tal-Proġett. L-akbar mill-Proġetti tagħna hija l-Wikipedia, iżda aħna nospitaw Proġetti oħra wkoll, kull wieħed b’għanijiet u metodi ta’ ħidma differenti. Kull edizzjoni tal-Proġett għandha tim ta’ kontributuri, edituri jew awturi li jaħdmu flimkien biex joħolqu u jimmaniġġjaw il-kontenut fuq dik l-edizzjoni tal-Proġett. Int mistieden tingħaqad ma’ dawn it-timijiet u taħdem magħhom biex ittejjeb dawn il-Proġetti. Peress li aħna ddedikati biex nagħmlu l-kontenut aċċessibbli liberament għall-pubbliku, il-kontenut li tikkontribwixxi jsir disponibbli taħt liċenzja ħielsa jew rilaxxat fid-dominju pubbliku.

Jekk jogħġbok kun konxju li inti legalment responsabbli għall-kontribuzzjonijiet, editjar, u użu mill-ġdid tiegħek kollha tal-kontenut tal-Wikimedia taħt il-liġijiet tal-Istati Uniti tal-Amerika u liġijiet oħra applikabbli (li jistgħu jinkludu liġijiet fejn inti jew is-suġġett tal-kontribuzzjonijiet tiegħek jinsabu). Dan ifisser li huwa importanti li toqgħod attent meta tpoġġi, timmodifika jew terġa’ tuża l-kontenut. Fid-dawl ta’ din ir-responsabbiltà, għandna xi regoli dwar dak li ma tistax tagħmel, li ħafna minnhom huma jew għall-protezzjoni tiegħek jew għall-protezzjoni ta’ utenti oħra bħalek. Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li l-kontenut li nospitaw huwa għal skopijiet ta’ informazzjoni ġenerali biss, għalhekk jekk għandek bżonn parir espert għal mistoqsija partikolari (bħal kwistjonijiet mediċi, legali jew finanzjarji), għandek tfittex l-għajnuna ta’ professjonist xieraq. Aħna ninkludu wkoll avviżi u ċaħdiet importanti oħra, għalhekk jekk jogħġbok aqra dawn it-Termini tal-Użu fl-intier tagħhom.

Għal aktar ċarezza, organizzazzjonijiet oħra, bħal kapitli u assoċjazzjonijiet lokali ta’ Wikimedia, li jistgħu jaqsmu l-istess missjoni huma madankollu legalment indipendenti u separati mill-Fondazzjoni Wikimedia. Sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod ieħor mill-Fondazzjoni bħala parti awtorizzata fuq il-Websajt tal-Proġett partikolari, dawk l-organizzazzjonijiet l-oħra m’għandhom l-ebda responsabbiltà għall-operazzjonijiet tas-Sit Web tal-Proġett jew il-kontenut tiegħu.

1. Is-Servizzi Tagħna

Il-Fondazzjoni Wikimedia hija ddedikata biex tinkoraġġixxi t-tkabbir, l-iżvilupp, u d-distribuzzjoni ta’ kontenut multilingwali mingħajr ħlas, u biex tospita l-kontenut sħiħ ta’ dawn il-Proġetti bbażati fuq il-wiki għall-pubbliku mingħajr ħlas. Ir-rwol tagħna huwa li nospitaw uħud mill-akbar Proġetti ta’ referenza editjati b’mod kollaborattiv fid-dinja, li jistgħu jinstabu hawn. Madankollu, aħna naġixxu biss bħala fornitur ta’ servizz ta’ hosting, billi nżommu l-infrastruttura u l-qafas organizzattiv. Din l-infrastruttura u dan il-qafas jippermettu lill-utenti tagħna jibnu l-Proġetti billi jikkontribwixxu u jeditjaw il-kontenut huma stess. Huma jippermettu wkoll lill-utenti tagħna biex jerġgħu jużaw dak il-kontenut. L-infrastruttura li nżommu tinkludi infrastruttura teknoloġika speċjalizzata li tippermetti lill-utenti jinteraġixxu b’mod programmatiku u jużaw mill-ġdid il-kontenut fuq Proġetti (imsejħa “Application Programming Interface” jew “APIs”), u applikazzjonijiet tal-apparat mobbli.

Kif użati matul il-bqija tat-Termini tal-Użu, is-servizzi tagħna jikkonsistu fi: Is-Siti Web tal-Proġettili nospitaw, l-infrastruttura teknoloġika li nżommu, u kwalunkwe spazji tekniċi li nospitaw għall-manutenzjoni u t-titjib tal-Proġetti tagħna.

Minħabba r-rwol uniku tagħna, hemm ftit affarijiet li għandek tkun konxju minnhom meta tikkunsidra r-relazzjoni tagħna miegħek, il-Proġetti, u utenti oħra:

  1. Aħna ma niħdux rwol editorjali: Minħabba li l-Proġetti huma editjati b’mod kollaborattiv, il-maġġoranza l-kbira tal-kontenut li nospitaw huwa pprovdut mill-utenti, u aħna ma niħdux rwol editorjali. Dan ifisser li ġeneralment ma nissorveljawx jew neditjaw il-kontenut tas-siti web tal-Proġett, u ma nieħdu l-ebda responsabbiltà għal dan il-kontenut. Bl-istess mod, sakemm ma nkunux ddikjarajna espressament b’mod ieħor, aħna ma napprovaw l-ebda opinjoni espressa permezz tas-servizzi tagħna, u ma nirrappreżentawx jew niggarantixxu l-verità, l-eżattezza jew l-affidabbiltà ta’ kwalunkwe kontenut tal-komunità sottomess fuq il-Proġetti.
  2. Int responsabbli għall-azzjonijiet tiegħek stess: Inti legalment responsabbli għall-modifiki u l-kontribuzzjonijiet tiegħek fuq il-Proġetti, l-użu mill-ġdid tiegħek tal-kontenut fuq il-Proġetti, l-użu tiegħek tal-APIs, u l-użu tiegħek tas-servizzi tagħna b’mod aktar ġenerali. Għall-protezzjoni tiegħek stess għandek toqgħod attent u tevita li tieħu kwalunkwe azzjoni li tista’ tirriżulta f’responsabbiltà kriminali jew ċivili taħt kwalunkwe liġi applikabbli. Biex inkunu ċari, il-liġi applikabbli tinkludi mill-inqas il-liġijiet tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Istat ta’ California. Għal pajjiżi oħra, dan jiġi determinat fuq bażi ta’ każ b’każ. Għalkemm nistgħu ma naqblux ma’ azzjonijiet bħal dawn, aħna nwissu lill-utenti—b’mod partikolari lill-edituri, il-kontributuri, u l-awturi—li awtoritajiet mhux tal-Istati Uniti jistgħu jfittxu li japplikaw liġijiet oħra tal-pajjiż għalik, inklużi liġijiet lokali fejn tgħix jew fejn tara jew teditja l-kontenut. Ġeneralment ma nistgħu noffru l-ebda protezzjoni, garanzija, immunità jew indennizz kontra l-applikazzjoni ta’ tali liġijiet.

2. Il-Politika tal-Privatezza

Aħna nitolbu li tirrevedi t-termini tal-Politika ta’ Privatezza tagħna, sabiex tkun taf kif niġbru u nużaw l-informazzjoni tiegħek.

3. Kontenut li Aħna Nospitaw

  1. Tista’ ssib xi materjal oġġezzjonabbli jew żbaljat: Minħabba li aħna nospitaw firxa wiesgħa ta’ kontenut li huwa prodott jew miġbur minn utenti msieħba, tista’ tiltaqa’ ma’ materjal li ssibu offensiv, żbaljat, qarrieqi, ttikkettat ħażin, jew b’xi mod ieħor oġġezzjonabbli. Għalhekk nitolbu li tuża s-sens komun u l-ġudizzju xieraq meta tuża s-servizzi tagħna.
  2. Il-kontenut tal-Proġetti huwa għal skopijiet ta’ informazzjoni ġenerali biss: Għalkemm il-Proġetti tagħna jospitaw ħafna informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ suġġetti professjonali, inklużi kwistjonijiet mediċi, legali jew finanzjarji, dan il-kontenut huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni ġenerali biss. M’għandux jiġi kkunsidrat bħala parir professjonali. Jekk jogħġbok fittex pariri professjonali indipendenti minn xi ħadd li huwa liċenzjat jew ikkwalifikat fil-qasam applikabbli minflok taġixxi fuq kwalunkwe informazzjoni, opinjoni, jew parir li jinsab f’wieħed mis-siti web tal-Proġett.

4. Żamma lura minn Ċertu Attivitajiet

Il-Proġetti ospitati mill-Fondazzjoni Wikimedia jeżistu biss minħabba l-komunità vibranti ta’ utenti bħalek li jikkollaboraw biex jiktbu, jeditjaw, u jikkuraw il-kontenut. Nilqgħu bil-ferħ il-parteċipazzjoni tiegħek f’din il-komunità. Inħeġġuk tkun ċivili u edukat fl-interazzjonijiet tiegħek ma’ oħrajn fil-komunità, taġixxi b’rieda tajba, u tagħmel modifiki u kontribuzzjonijiet immirati lejn it-tkomplija tal-missjoni tal-Proġett kondiviż. Aħna nitolbu li l-utenti kollha jirrevedu u jsegwu l-Kodiċi ta’ Kondotta Universali (“UCoC”), li jistabbilixxi r-rekwiżiti għal kollaborazzjoni ċivili u kolleġjali fil-Proġetti kollha li nospitaw.

Ċerti attivitajiet, kemm jekk legali kif ukoll illegali skont il-liġi applikabbli, jistgħu jkunu ta' ħsara lill-utenti l-oħra u jiksru r-regoli tagħna, u xi attivitajiet jistgħu wkoll jagħmlulek soġġett għal responsabbiltà. Għalhekk, għall-protezzjoni tiegħek stess u għal dik tal-utenti l-oħra, inti ma tistax tieħu sehem f'tali attivitajiet fuq, jew bl-użu ta' xi mod ieħor, il-Proġetti tagħna. Dawn l-attivitajiet jinkludu:

Il-Fastidju u l-Abbuż lill-Oħrajn
  • Involviment f'theddid, stalking, spamming, vandaliżmu, jew fastidju kif deskritt fl-UCoC;
  • Tibgħat katina ta' posta, junk mail, jew spam lil utenti oħra;
  • Il-pubblikazzjoni jew il-modifika tal-kontenut bl-intenzjoni li tikkawża ħsara serja lil ħaddieħor, bħal inċentivi intenzjonati għall-ħsara personali, jew attivazzjoni deliberata tal-epilessija.
Il-Ksur tal-Privatezza tal-Oħrajn
  • Il-ksur tad-drittijiet tal-privatezza ta’ ħaddieħor taħt il-liġijiet tal-Istati Uniti tal-Amerika jew taħt liġijiet applikabbli oħra (li jistgħu jinkludu l-liġijiet fejn tgħix jew fejn tara jew teditja l-kontenut);
  • Is-sejħa ta’ informazzjoni identifikabbli personalment għal skopijiet ta’ fastidju, sfruttament, jew ksur tal-privatezza, jew għal kwalunkwe skop promozzjonali jew kummerċjali mhux approvat b’mod espliċitu mill-Fondazzjoni Wikimedia; u
  • Li titlob informazzjoni identifikabbli personalment mingħand xi ħadd taħt it-18-il sena, jew taħt l-età tal-maġġoranza fejn int jekk tkun ikbar minn 18-il sena, għal skop illegali jew biex tikser kwalunkwe liġi applikabbli dwar is-saħħa jew il-benessri tal-minorenni.
Involviment f’Dikjarazzjonijiet Foloz, Impersonazzjoni, jew Frodi
  • Li tippubblika kontenut li jikkostitwixxi libell jew malafama taħt il-liġijiet tal-Istati Uniti tal-Amerika b’mod intenzjonat jew konxjament;
  • Li tippubblika jew timmodifika kontenut bl-intenzjoni li tqarraq b’oħrajn jew tiżgwidahom;
  • Li tipprova timpersonifika lil utent jew individwu ieħor, li tirrappreżenta ħażin l-affiljazzjoni tiegħek ma’ kwalunkwe individwu jew entità, taħbi l-affiljazzjoni tiegħek ma’ kwalunkwe individwu jew entità meta l-iżvelar huwa meħtieġ minn dawn it-termini jew mill-politika lokali tal-Proġett, jew tuża l-isem jew l-isem tal-utent ta’ persuna oħra bl-intenzjoni li tqarraq; u
  • Li tinvolvi ruħek fi frodi.
Meta twettaq Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali
  • Il-ksur tad-drittijiet tal-awtur, it-trademarks, il-privattivi, jew drittijiet ta’ proprjetà oħra taħt il-liġi applikabbli.
Użu ħażin tas-Servizzi Tagħna għal Skopijiet Illegali Oħra
  • Il-pubblikazzjoni ta’ pornografija tat-tfal jew kwalunkwe kontenut ieħor li jikser il-liġi applikabbli dwar il-pornografija tat-tfal jew materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal, jew li jinkoraġġixxi, jagħmel grooming, jew jirrakkomanda lil ħaddieħor biex joħloq jew jaqsam tali materjal;
  • Il-pubblikazzjoni jew it-traffikar ta’ materjal oxxen li huwa illegali taħt il-liġi applikabbli; u
  • L-użu tas-servizzi b’mod li ma jkunx konsistenti mal-liġi applikabbli.
Involviment f’Użu Ħażin ta’ Faċilitajiet b’mod li jfixkel u b’mod illegali
  • Il-pubblikazzjoni jew it-tqassim ta’ kontenut li jkun fih xi viruses, malware, dud, żwiemel trojani, kodiċi malizzjużi, jew apparat ieħor li jista’ jagħmel ħsara lill-infrastruttura teknika jew lis-sistema tagħna jew lil dik ta’ utenti oħra;
  • L-involviment f’użi awtomatizzati tas-siti web tal-Proġett li huma abbużivi jew li jfixklu s-servizzi, jiksru politiki tal-użu aċċettabbli fejn disponibbli, jew li ma ġewx approvati mill-komunità ta’ Wikimedia;
  • It-tfixkil tas-servizzi billi jitqiegħed piż żejjed fuq API, Sit Web tal-Proġett jew in-netwerks jew servers konnessi ma’ Sit Web tal-Proġett partikolari;
  • It-tfixkil tas-servizzi billi tgħarraq kwalunkwe mils-siti web tal-Proġett b’komunikazzjonijiet jew traffiku ieħor li ma jissuġġerixxi l-ebda intenzjoni serja li tuża s-sit web tal-Proġett għall-iskop iddikjarat tagħha;
  • L-aċċess konxju, it-tbagħbis, jew l-użu ta’ kwalunkwe żona mhux pubblika tagħna fis-sistemi tal-kompjuter tagħna mingħajr awtorizzazzjoni; u
  • L-istħarriġ, l-iskennjar jew l-ittestjar tal-vulnerabbiltà ta’ kwalunkwe waħda mis-sistemi jew netwerks tekniċi tagħna sakemm ma jiġux sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
  • azzjonijiet bħal dawn ma jabbużawx jew ma jfixklux is-sistemi jew in-netwerks tekniċi tagħna bla bżonn;
  • azzjonijiet bħal dawn mhumiex għal gwadann personali (ħlief għal kreditu għax-xogħol tiegħek);
  • tirrapporta kwalunkwe vulnerabbiltajiet lill-iżviluppaturi rilevanti (jew issolviha inti stess); u
  • inti ma twettaqx tali azzjonijiet b’intenzjoni malizzjuża jew distruttiva.

Kontribuzzjonijiet Imħallsa Mingħajr Żvelar
  • Int trid tiżvela kull min iħaddem, klijent, benefiċjarju maħsub u affiljazzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni li għaliha tirċievi, jew tistenna li tirċievi, kumpens. Int trid tagħmel dak l-iżvelar f’mill-inqas wieħed mill-modi li ġejjin:
  • dikjarazzjoni fuq il-paġna tal-utent tiegħek,
  • dikjarazzjoni fuq il-paġna ta’ diskussjoni li takkumpanja kwalunkwe kontribuzzjoni mħallsa, jew
  • dikjarazzjoni fis-sommarju tal-editjar li takkumpanja kwalunkwe kontribuzzjoni mħallsa.
  • Barra minn hekk, jekk tagħmel pubblikazzjoni pubblika mis-servizzi ta’ editjar tar-reklamar tal-Proġetti fuq il-Wikipedia bi skambju għal kumpens ta’ kwalunkwe tip, trid tiżvela l-kontijiet kollha tal-Wikipedia li użajt jew li ser tuża għal dan is-servizz meta tippubblika fuq is-servizz ta’ parti terza.
  • Liġi applikabbli, jew politiki speċifiċi għall-Proġett u politiki u linji gwida tal-Fondazzjoni, bħal dawk li jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess, jistgħu jillimitaw aktar il-kontribuzzjonijiet imħallsa jew jeħtieġu żvelar aktar dettaljat. Pereżempju, il-ksur tat-Trademarks ta’ Wikimedia (definiti minn hawn ‘il quddiem fit-Taqsima 6) biex jiġu reklamati servizzi ta’ editjar bi ħlas, biex jitneħħa l-iżvelar fuq editjar imħallas qabel żvelat b’mod adegwat, jew biex isir editjar imħallas fejn ma tistax tilloggja b’mod li tiżvela b’mod xieraq u adegwat impossibbiltà prattika ser jikser din it-taqsima.
  • Komunità ta’ Proġett Wikimedia tista’ tadotta politika ta’ żvelar ta’ kontribuzzjoni mħallsa b’mod alternattiv li tista’ tissupplimenta jew tissostitwixxi din it-taqsima. Jekk Proġett jadotta politika ta’ żvelar alternattiva, inti tista’ tikkonforma ma’ dik il-politika minflok mar-rekwiżiti f’din it-taqsima (bit-titolu “Kontribuzzjonijiet Imħallsa Mingħajr Żvelar”) meta tikkontribwixxi għal dak il-Proġett partikolari.
Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok aqra l-FAQ tagħna fuq l-iżvelar ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa.

Aħna nirriżervaw id-dritt li neżerċitaw id-diskrezzjoni tagħna għall-infurzar tad-dispożizzjonijiet fit-taqsima 4 ta’ dawn it-Termini ta’ Użu. Fejn ikun meħtieġ, l-infurzar ta’ dawn it-termini jista’ jinkludi azzjonijiet mhux elenkati fil-Politika ta’ Azzjoni tal-Uffiċċju tal-Fondazzjoni Wikimedia. Jekk l-infurzar ikun meħtieġ f’ċirkostanzi ġodda, aħna nagħmlu sforz biex naġġornaw il-Politika ta’ Azzjoni tal-Uffiċċju biex nikkatalogaw it-tip ta’ azzjoni ġdida f’mhux aktar minn sena (1).

Medjazzjonijiet tal-Kumpaniji tal-Kummerċjalizzazzjoni

Editjar mhux żvelat minn utenti li jirċievu kumpens joħloq piż mhux raġonevoli fuq edituri voluntiera li jinvestigaw u jinfurzaw il-politiki komunitarji. Għaldaqstant, għal ksur ta’ din it-taqsima relatat ma’ editjar imħallas mhux żvelat, inti taqbel li tissottometti “Med-Arb” vinkolanti (“medjazzjoni tal-Kumpanija ta’ Kummerċjalizzazzjoni”) kif deskritt fit-taqsima 14 ta’ dawn it-Termini ta’ Użu.

5. Is-Sigurtà tal-Password

Int responsabbli għas-salvagwardja tal-password tiegħek stess u tal-kredenzjali l-oħra tas-sigurtà, u m’għandek qatt tiżvelahom lil xi parti terza.

6. Trademarks

Għalkemm għandek libertajiet konsiderevoli għall-użu mill-ġdid tal-kontenut fuq is-siti web tal-Proġett, huwa importanti li fil-Fondazzjoni Wikimedia, aħna nipproteġu d-drittijiet tat-trademarks tagħna sabiex inkunu nistgħu nipproteġu l-utenti tagħna minn impersonaturi frawdolenti. Minħabba dan, nitolbuk biex tirrispetta t-trademarks tagħna. It-trademarks kollha tal-Fondazzjoni Wikimedia jappartjenu lill-Fondazzjoni Wikimedia, u kwalunkwe użu tal-ismijiet kummerċjali, tat-trademarks, tal-marki tas-servizz, tal-logos jew tal-ismijiet tad-dominju tagħna għandu jkun konformi ma’ dawn it-Termini tal-Użu u f’konformità mal-Politika dwar it-Trademarks tagħna.

7. Liċenzjar tal-Kontenut

Biex jikbru l-komuni tal-għarfien ħieles u l-kultura ħielsa, l-utenti kollha li jikkontribwixxu għall-Proġetti jew għas-siti web tal-Proġetti huma meħtieġa jagħtu permessi wesgħin lill-pubbliku ġenerali biex jerġa’ jqassam u juża mill-ġdid il-kontribuzzjonijiet tagħhom liberament, sakemm dak l-użu jiġi attribwit sew u l-istess libertà għall-użu mill-ġdid u d-distribuzzjoni mill-ġdid tiġi mogħtija lil kwalunkwe xogħlijiet derivattivi. F’konformità mal-għan tagħna li nipprovdu informazzjoni b’xejn lill-udjenza l-aktar wiesgħa possibbli, aħna neħtieġu li meta jkun hemm bżonn, il-kontenut kollu sottomess ikun liċenzjat sabiex ikun jista’ jerġa’ jintuża b’mod ħieles minn kull min jista’ jaċċessah.

Inti taqbel mar-rekwiżiti tal-liċenzjar li ġejjin:

  1. Test li fih għandek id-drittijiet tal-awtur: Meta tissottometti test li għalih għandek id-drittijiet tal-awtur, inti taqbel li tagħti liċenzja taħt: L-utenti li jerġgħu jużaw jistgħu jikkonformaw ma’ waħda mil-liċenzji jew mat-tnejn li huma.
    L-unika eċċezzjoni hija jekk l-edizzjoni jew il-karatteristika tal-Proġett teħtieġ liċenzja differenti. F’dak il-każ, taqbel li tagħti liċenzja għal kwalunkwe test li tikkontribwixxi taħt il-liċenzja partikolari preskritta mill-edizzjoni tal-Proġett jew tal-karatteristika. Jekk jogħġbok innota li dawn il-liċenzji jippermettu użi kummerċjali tal-kontribuzzjonijiet tiegħek, sakemm tali użu jkun konformi mat-termini tal-liċenzji rispettivi. Fejn inti għandek Drittijiet ta’ Bażi tad-Dejta Sui Generis koperti minn CC BY-SA 4.0, inti tirrinunzja dawn id-drittijiet. Bħala eżempju, dan ifisser fatti li tikkontribwixxi għall-proġetti jistgħu jerġgħu jintużaw liberament mingħajr attribuzzjoni.
  2. Attribuzzjoni: L-attribuzzjoni hija parti importanti minn dawn il-liċenzji. Aħna nqisu li għandu jingħata kreditu fejn il-kreditu huwa dovut - lil awturi bħalek stess. Meta tikkontribwixxi test, taqbel li tiġi attribwit fi kwalunkwe waħda mill-modi li ġejjin:
    1. Permezz ta’ iperlink (fejn possibbli) jew URL għall-artiklu li kkontribwixxejt għalih int (peress li kull artiklu għandu paġna tal-kronoloġija li telenka l-kontributuri, l-awturi u l-edituri kollha);
    2. Permezz ta’ iperlink (fejn possibbli) jew URL għal kopja alternattiva, stabbli, online li tkun aċċessibbli liberament, li tikkonforma mal-liċenzja rilevanti, u li tipprovdi kreditu lill-awturi b’mod ekwivalenti għall-kreditu mogħti fuq is-Sit Web tal-Proġett; jew
    3. Permezz ta’ lista tal-awturi kollha (iżda jekk jogħġbok innota li kwalunkwe lista tal-awturi tista’ tiġi ffiltrata biex jiġu esklużi kontribuzzjonijiet żgħar ħafna jew irrilevanti).
  3. L-importazzjoni tat-test: Tista’ timporta test li sibt xi mkien ieħor jew li tkun ko-awtur ma’ persuna oħra, iżda f’każ bħal dan inti tirrappreżenta u tiggarantixxi li t-test huwa disponibbli taħt termini li huma kompatibbli ma’ CC BY-SA (jew, kif spjegat hawn fuq, ma’ liċenzja oħra meta eċċezzjonalment meħtieġ mill-edizzjoni jew mill-karatteristika tal-Proġett). Għal lista ta’ liċenzji kompatibbli, ara Creative Commons. M’għandekx timporta kontenut li huwa disponibbli biss taħt GFDL.
    Taqbel li, jekk timporta test taħt liċenzja CC li teħtieġ attribuzzjoni, trid tikkredita lill-awtur(i) b’mod raġonevoli. Fejn kreditu bħal dan huwa komunement mogħti permezz tal-istejjer tal-paġna (bħall-ikkupjar intern tal-Wikimedia), huwa biżżejjed li tingħata attribuzzjoni fis-sommarju tal-editjar, li huwa rreġistrat fl-istorja tal-paġna, meta jiġi importat it-test. Ir-rekwiżiti ta’ attribuzzjoni huma kultant intrużivi wisq għal ċirkostanzi partikolari (irrispettivament mil-liċenzja), u jista’ jkun hemm każijiet fejn il-komunità ta’ Wikimedia tiddeċiedi li test importat ma jistax jintuża għal dik ir-raġuni.
  4. Midja mingħajr test: Midja mingħajr test fuq il-Proġetti hija disponibbli taħt varjetà ta’ liċenzji differenti li jappoġġaw l-għan ġenerali li jippermettu użu mill-ġdid u distribuzzjoni mill-ġdid mingħajr restrizzjonijiet. Meta tikkontribwixxi midja mingħajr test, taqbel li tikkonforma mar-rekwiżiti għal tali liċenzji kif deskritt fil-Politika tal-Liċenzjar tagħna, u li tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti tal-edizzjoni jew tal-karatteristika speċifika tal-Proġett li qed tikkontribwixxi għalih/a. Ara wkoll il-Politika dwar il-Liċenzjar ta’ Wikimedia Commons għal aktar informazzjoni dwar il-kontribut ta’ midja mhux bit-test għal Wikimedia Commons.
  5. L-ebda revoka tal-liċenzja: Ħlief kif ikun konsistenti mal-liċenzja tiegħek, inti taqbel li mhux se tirrevoka jew tfittex l-invalidazzjoni unilaterali ta’ xi liċenzja li tkun tajt taħt dawn it-Termini ta’ Użu għal kontenut ta’ test jew midja mhux ta’ test li ġie kkontribwit għall-Proġetti jew għall-karatteristiċi, anki jekk inti ttemm l-użu tas-servizzi tagħna.
  6. Kontenut fid-dominju pubbliku: Nilqgħu kontenut li huwa fid-dominju pubbliku. Madankollu, huwa importanti li tikkonferma l-istatus tad-dominju pubbliku tal-kontenut taħt il-liġi tal-Istati Uniti tal-Amerika kif ukoll taħt il-liġijiet ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor kif meħtieġ mill-edizzjoni speċifika tal-Proġett. Meta tikkontribwixxi kontenut li huwa fid-dominju pubbliku, tiggarantixxi li l-materjal huwa fil-fatt fid-dominju pubbliku, u taqbel li tittikkettah b’mod xieraq.
  7. Użu mill-ġdid: Nilqgħu l-użu mill-ġdid tal-kontenut li aħna nospitaw għalkemm jeżistu eċċezzjonijiet għall-kontenut ikkontribwit taħt “użu ġust” jew eżenzjonijiet simili taħt il-liġi tad-drittijiet tal-awtur applikabbli. Kwalunkwe użu mill-ġdid għandu jkun konformi mal-liċenzja/i sottostanti.
    Meta terġa’ tuża jew tqassam mill-ġdid paġna ta’ test żviluppata mill-komunità ta’ Wikimedia, taqbel li tattribwixxi l-awturi f’wieħed mill-modi li ġejjin:
    1. Permezz ta’ iperlink (fejn possibbli) jew URL għall-paġna jew paġni li qed tuża mill-ġdid (peress li kull paġna għandha paġna tal-kronoloġija li telenka l-kontributuri, l-awturi u l-edituri kollha);
    2. Permezz ta’ iperlink (fejn possibbli) jew URL għal kopja alternattiva, stabbli online li tkun aċċessibbli liberament, li tikkonforma mal-liċenzja, u li tipprovdi kreditu lill-awturi b’mod ekwivalenti għall-kreditu mogħti fuq is-Sit Web tal-Proġett; jew
    3. Permezz ta’ lista tal-awturi kollha (iżda jekk jogħġbok innota li kwalunkwe lista tal’ awturi tista’ tiġi ffiltrata biex jiġu esklużi kontribuzzjonijiet żgħar ħafna jew irrilevanti).

    Jekk il-kontenut tat-test kien importat minn sors ieħor, huwa possibbli li l-kontenut ikun liċenzjat taħt liċenzja kompatibbli CC BY-SA iżda mhux GFDL (kif deskritt fl-“Importazzjoni tat-test,” hawn fuq). F’dak il-każ, taqbel li tikkonforma mal-liċenzja kompatibbli CC BY-SA u m’għandekx l-għażla li terġa’ tagħtiha il-liċenzja taħt GFDL. Biex tiddetermina l-liċenzja li tapplika għall-kontenut li qed tfittex li tuża mill-ġdid jew tqassam mill-ġdid, għandek tirrevedi l-footer tal-paġna, il-kronoloġija tal-paġna u l-paġna tad-diskussjoni.

    Barra minn hekk, jekk jogħġbok kun konxju li t-test li oriġina minn sorsi esterni u ġie importat fi Proġett jista’ jkun taħt liċenzja li tehmeż rekwiżiti ta’ attribuzzjoni addizzjonali. L-utenti jaqblu li jindikaw dawn ir-rekwiżiti ta’ attribuzzjoni addizzjonali b’mod ċar. Skont il-Proġett, rekwiżiti bħal dawn jistgħu jidhru, pereżempju, fi strixxun jew f’notazzjonijiet oħra li jindikaw li xi kontenut jew li l-kontenut kollu kien oriġinarjament ippubblikat xi mkien ieħor. Fejn hemm notazzjonijiet viżibbli bħal dawn, dawk li jużaw mill-ġdid għandhom jippreservawhom.

    Għal kwalunkwe midja mhux bit-test, inti taqbel li tikkonforma mal-liċenzja applikabbli li taħtha x-xogħol ikun sar disponibbli (li jista’ jiġi skopert billi tikklikkja fuq ix-xogħol u tħares lejn it-taqsima tal-liċenzjar fil-paġna tad-deskrizzjoni tagħha jew tirrevedi paġna tas-sors applikabbli għal dak ix-xogħol). Meta terġa’ tuża xi kontenut li aħna nospitaw, inti taqbel li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ attribuzzjoni rilevanti peress li għandhom x’jaqsmu mal-liċenzja jew liċenzji sottostanti.
  8. Modifiki jew żidiet għal materjal li tuża mill-ġdid: Meta timmodifika jew tagħmel żidiet mat-test li ksibt minn Websajt ta’ Proġett, taqbel li tagħti liċenzja għall-kontenut modifikat jew miżjud taħt CC BY-SA 4.0 jew aktar tard (jew, kif spjegat hawn fuq, taħt liċenzja oħra meta meħtieġa eċċezzjonalment mill-edizzjoni speċifika tal-Proġett jew tal-karatteristika).
    Meta timmodifika jew tagħmel żidiet għal kwalunkwe midja mhux testwali li ksibt minn websajt tal-Proġett, inti taqbel li tagħti liċenzja għall-kontenut immodifikat jew miżjud skont kwalunkwe liċenzja li taħtha x-xogħol ikun sar disponibbli.
    Kemm bil-kontenut testwali u kif ukoll bil-midja mhux testwali, inti taqbel li tindika b’mod ċar li x-xogħol oriġinali ġie mmodifikat. Jekk qed tuża mill-ġdid il-kontenut testwali f’wiki, huwa biżżejjed li tindika fl-istorja tal-paġna li għamilt bidla fit-test importat. Għal kull kopja jew verżjoni modifikata li tqassam, taqbel li tinkludi avviż ta’ liċenzjar li jiddikjara liema liċenzja x-xogħol huwa rilaxxat taħtha, flimkien ma’ iperlink jew URL għat-test tal-liċenzja jew kopja tal-liċenzja nnifisha.

8. Konformità mad-DMCA =

Il-Fondazzjoni Wikimedia trid tiżgura li l-kontenut li nospitaw jista’ jerġa’ jintuża minn utenti oħra mingħajr biża’ ta’ responsabbiltà u li ma jkunx qed isir ksur tad-drittijiet tal-proprjetà ta’ ħaddieħor. B’mod ġust għall-utenti tagħna, kif ukoll għal ħallieqa oħra u detenturi tad-drittijiet tal-awtur, il-politika tagħna hija li nirrispondu għal notifiki tal-allegat ksur li jikkonformaw mal-formalitajiet tal-Att dwar id-Dritt tal-Millenju Diġitali (Digital Millennium Copyright Act, DMCA). Skont id-DMCA, aħna se ntemmu, f’ċirkostanzi xierqa, l-utenti u d-detenturi tal-kontijiet tas-sistema u n-netwerk tagħna li huma kontraventuri ripetuti fuq il-Proġetti u s-servizzi tagħna.

Madankollu, aħna nirrikonoxxu wkoll li mhux kull notifika għal tneħħija ser tkun valida jew in bona fide. F’każijiet bħal dawn, inħeġġu bil-qawwa lill-utenti biex jippreżentaw kontronotifiki meta jemmnu b’mod xieraq li talba għat-tneħħija tad-DMCA hija invalida jew mhux xierqa. Għal aktar informazzjoni dwar x’għandek tagħmel jekk taħseb li notifika tad-DMCA ġiet ippreżentata b’mod mhux xieraq, tista’ tikkonsulta s-sit web ta’ Lumen Database.

Jekk inti sid ta’ kontenut li qed jintuża ħażin fuq wieħed mill-Proġetti mingħajr il-permess tiegħek, tista’ titlob li l-kontenut jitneħħa billi tippreżenta notifika taħt id-DMCA. Biex tagħmel talba bħal din, jekk jogħġbok ibagħtilna email fuq legal@wikimedia.org jew ibgħat ittra lill-aġent apposta tagħna.

Inkella, tista’ tagħmel talba lill-komunità tagħna, li ħafna drabi tittratta kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-awtur aktar malajr u b’mod aktar effettiv mill-proċess preskritt taħt id-DMCA. F’dak il-każ, tista’ tpoġġi avviż li jispjega t-tħassib tiegħek dwar id-drittijiet tal-awtur. Għal lista mhux eżawrjenti u mhux awtorevoli tal-proċessi rilevanti għall-edizzjonijiet differenti tal-Proġett, żur il-paġna tal-Problemi bid-Drittijiet tal-Awtur. Qabel ma tippreżenta talba lid-DMCA, għandek ukoll l-għażla li tibgħat email lill-komunità fuq info@wikimedia.org.

9. Siti web u Riżorsi ta’ Parti Terza

Int tinsab l-uniku responsabbli għall-użu tiegħek ta’ kwalunkwe websajt jew riżorsi ta’ parti terza. Għalkemm il-Proġetti u s-Siti web tal-Proġetti fihom ħoloq għal siti web u riżorsi ta’ partijiet terzi, aħna ma napprovawx u m’aħniex responsabbli għad-disponibbiltà, l-eżattezza, jew il-kontenut, il-prodotti jew is-servizzi relatati magħhom (inkluż, mingħajr limitazzjoni, kwalunkwe virus jew karatteristiċi oħra ta’ ħsara), u lanqas għandna xi obbligu li nissorveljaw tali kontenut ta’ partijiet terzi.

10. Ġestjoni tas-Siti web

Il-komunità għandha r-rwol primarju fil-ħolqien u fl-infurzar ta’ politiki li japplikaw għall-edizzjonijiet differenti tal-Proġett. Fil-Fondazzjoni Wikimedia, rari nintervjenu fid-deċiżjonijiet tal-komunità dwar il-politika u l-infurzar tagħha.

Huwa possibbli li tinnotifikana b’kontenut illegali, jew kontenut li jikser it-Termini tal-Użu tagħna (inklużi l-politiki kollha u dokumenti oħra inkorporati b’referenza) għal raġunijiet oħra billi tikkuntattjana direttament. Madankollu, tista’ tipikament tagħmel talba direttament lill-komunità tal-Proġett: dan jista’ jkun aktar effiċjenti, u huwa aktar konsistenti mal-għan tal-Proġetti tagħna li jsaħħaħ lill-komunità tal-utenti.

Normalment kull proġett jipprovdi paġni ta’ “Għajnuna” jew “Kuntatt” għal aktar gwida, jew għodod speċifiċi għar-rappurtar ta’ problemi. Inkella – jekk għandek dubju – tista’ titlob lill-membri tal-komunità għall-għajnuna, billi tibgħat email lil info@wikimedia.org jew indirizz aktar speċifiku għal-lingwa mill-paġna tat-Tim ta’ Rispons tal-Voluntiera. Jekk jogħġbok innota li dawn il-kaxxi postali huma mmonitorjati mill-utenti tal-Proġetti, mhux mill-Fondazzjoni. Bħala riżultat, m’għandhomx jiġu mhedda jew maħruġa b’talbiet legali.

Jekk tikkuntattja lill-Fondazzjoni bi problema, aħna tipikament ser nesploraw jekk u kif il-mekkaniżmi eżistenti mmexxija mill-komunità jistgħux jinvestigaw u, fejn xieraq, isolvuha.

F’każ mhux tas-soltu, tista’ tinħoloq il-ħtieġa, jew il-komunità tista’ titlobna, biex nindirizzaw utent speċjalment problematiku jew kontenut speċjalment problematiku minħabba tfixkil sinifikanti tal-Proġett jew imġiba perikoluża. F’każijiet bħal dawn, aħna nirriżervaw id-dritt, fid-diskrezzjoni unika tagħna (jew fejn imġiegħla legalment), li:

  • Ninvestigaw l-użu tiegħek tal-Proġetti jew is-servizzi tagħna (a) biex jiġi determinat jekk seħħx ksur ta’ dawn it-Termini ta’ Użu, tal-politika tal-edizzjoni tal-Proġett, jew ta’ liġi jew politika oħra applikabbli, jew (b) biex tikkonforma ma’ kwalunkwe liġi applikabbli, proċess legali, jew talba governattiva xierqa;
  • Niskopru, nipprevjenu, jew b’xi mod ieħor nindirizzaw frodi, informazzjoni falza jew mhux verifikabbli, sigurtà, jew kwistjonijiet tekniċi jew li nirrispondu għal talbiet ta’ appoġġ għall-utent;
  • Nirrifjutaw, inreġġgħu lura, niddiżattivaw jew nillimitaw l-aċċess għall-kontribuzzjonijiet ta’ xi utent li jikser dawn it-Termini tal-Użu;
  • Nipprojbixxu utent milli jeditja jew jikkontribwixxi jew jimblokka l-kont jew l-aċċess ta’ utent għal azzjonijiet li jiksru dawn it-Termini tal-Użu, inkluż il-pubblikazzjoni ripetuta ta’ materjal illegali taħt il-liġi applikabbli f’konformità mal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem;
  • Nieħdu azzjoni legali kontra utenti li jiksru dawn it-Termini tal-Użu (inklużi rapporti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi); u
  • Nimmaniġġjaw b’mod ieħor is-siti web tal-Proġett b’mod imfassal biex jiffaċilita t-tħaddim xieraq tagħhom u jipproteġi d-drittijiet, il-proprjetà u s-sigurtà tagħna nfusna u tal-utenti, liċenzjaturi, imsieħba u pubbliku tagħna.

Dawk l-attivitajiet ta’ moderazzjoni tal-Fondazzjoni jistgħu jiġu infurmati jew imwettqa permezz ta’ softwer (bħal protezzjoni ta’ għargħar tat-traffiku (“Ċaħda tas-Servizz”)). F’dawk il-każijiet, reviżjoni umana hija normalment disponibbli fuq talba.

Fl-interessi tal-utenti tagħna u l-Proġetti, fiċ-ċirkustanza estrema li kwalunkwe individwu kellu l-kont jew l-aċċess tiegħu imblukkat taħt din it-taqsima, huma pprojbiti milli joħolqu jew jużaw kont ieħor fuq jew ifittxu aċċess għall-istess Proġett, sakemm ma nipprovdux espliċitament. permess. Mingħajr ma tillimita l-awtorità tal-komunità, il-Fondazzjoni nnifisha mhux se tipprojbixxi utent milli jeditja jew jikkontribwixxi jew inkella timblokka l-kont jew l-aċċess ta’ utent biss minħabba kritika ta’ bona fide li ma tirriżultax f’azzjonijiet li mod ieħor jiksru dawn it-Termini ta’ Użu jew il-politiki tal-komunità

Il-komunità tal-Wikimedia u l-membri tagħha jistgħu wkoll jieħdu azzjoni meta dan ikun permess mill-politiki tal-komunità jew tal-Fondazzjoni applikabbli għall-edizzjoni speċifika tal-Proġett, inkluż iżda mhux limitat għal twissija, investigazzjoni, imblukkar, jew projbizzjoni ta’ utenti li jiksru dawk il-politiki. Inti taqbel li tikkonforma mad-deċiżjonijiet finali tal-korpi għas-soluzzjoni tat-tilwim li huma stabbiliti mill-komunità għall-edizzjonijiet speċifiċi tal-Proġett (bħal kumitati tal-arbitraġġ); dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jinkludu sanzjonijiet kif stabbilit mill-politika tal-edizzjoni speċifika tal-Proġett.

Utenti partikolarment problematiċi li kellhom kontijiet jew aċċess imblukkat fuq edizzjonijiet multipli tal-Proġett jistgħu jkunu soġġetti għal projbizzjoni mill-edizzjonijiet kollha tal-Proġett, skont il-Politika ta’ Projbizzjoni Globali. B’kuntrast mar-riżoluzzjonijiet tal-Bord jew dawn it-Termini tal-Użu, il-politiki stabbiliti mill-komunità, li jistgħu jkopru edizzjoni waħda ta’ Proġett jew edizzjonijiet multipli ta’ Proġetti (bħall-Politika ta’ Projbizzjoni Globali), jistgħu jiġu modifikati mill-komunità rilevanti skont il-proċeduri tagħha stess.

L-imblukkar ta’ kont jew aċċess jew il-projbizzjoni ta’ utent taħt din id-dispożizzjoni għandhom ikunu skont it-Taqsima 13 ta’ dawn it-Termini tal-Użu.

Jekk temmen li aħna ma ġibniex ruħna b’mod sodisfaċenti fuq rapport ta’ kontenut problematiku, jew jekk inti ġejt soġġett għal azzjoni ta’ moderazzjoni tal-Fondazzjoni li tixtieq tikkontesta, tkun tista’ tissottometti appell. Informazzjoni oħra dwar ir-rotot ta’ appell tista’ wkoll tiġi spjegata lilek f’dak iż-żmien, jew f’paġni ta’ għajnuna speċifiċi għall-Proġett.

Aħna nirriżervaw id-dritt li nissospendu (temporanjament jew b’mod permanenti) l-immaniġġjar tagħna ta’ rapporti jew ta’ korrispondenza oħra minn utenti jew partijiet terzi, kemm jekk dan ikun dwar kontenut jew kondotta allegatament illegali jew b’xi mod ieħor problematiċi, jew kemm f’każijiet li nitolbu appelli kontra azzjonijiet ta’ moderazzjoni, jekk tali korrispondenza tkun saret b’mod ħażin, ripetittiv, infondat, u/jew abbużiv. F’ċirkostanzi xierqa, l-indirizz elettroniku tiegħek jista’ saħansitra jiġi mblukkat fis-sistema(i) tal-email tagħna, u mbagħad ikollok bżonn tikkuntattjana fl-indirizz postali tagħna jekk tixtieq tkompli tikkorrispondi magħna matul dak l-imblokkar. Għal każijiet inqas serji (eż. sa tliet emails miktuba b’mod edukat dwar ilment wieħed jew aktar mingħajr mertu), dan x’aktarx ikun temporanju. Komunikazzjonijiet aktar frekwenti jew aktar abbużivi huma aktar probabbli li jwasslu għal miżuri permanenti.

11. Riżoluzzjonijiet u Politika tal-Proġett

Il-Bord ta’ Trustees tal-Fondazzjoni Wikimedia joħroġ politiki uffiċjali minn żmien għal żmien. Xi wħud minn dawn il-politiki jistgħu jkunu obbligatorji għal Proġett jew edizzjoni ta’ Proġett partikolari, u, meta jkun hekk, taqbel li timxi magħhom kif applikabbli.

12. Termini tal-API

Aħna nagħmlu disponibbli sett ta’ APIs, li jinkludu dokumentazzjoni u għodod assoċjati, biex l-utenti jkunu jistgħu jibnu prodotti li jippromwovu l-għarfien b’xejn. Meta tuża l-APIs tagħna, inti taqbel li tirrispetta l-politiki applikabbli kollha li jirregolaw l-użu tal-APIs, li jinkludu iżda mhumiex limitati għall-Politika tal-Utent-Aġent, il-Politika dwar ir-Robots, u l-API:Etiquette (kollettivament “Dokumentazzjoni tal-API”) , li huma inkorporati f’dawn it-Termini tal-Użu b’referenza.

13. Tmiem

Għalkemm nittamaw li tibqa’ u tkompli tikkontribwixxi għall-Proġetti, tista’ tieqaf tuża s-servizzi tagħna fi kwalunkwe ħin. F’ċerti ċirkustanzi (nittamaw li mhux probabbli) jista’ jkun meħtieġ jew għalina nfusna jew għall-komunità ta’ Wikimedia jew għall-membri tagħha (kif deskritt fit-Taqsima 10) li ntemmu parti jew is-servizzi kollha tagħna, intemmu dawn it-Termini tal-Użu, nimblukkaw il-kont jew l-aċċess tiegħek, jew ma nħallukx tkun utent. Jekk il-kont jew l-aċċess tiegħek jiġi mblukkat jew mitmum mod ieħor għal kwalunkwe raġuni, il-kontribuzzjonijiet pubbliċi tiegħek u r-rekord tal-attivitajiet tiegħek fuq jew rigward il-Proġetti (inkluża kwalunkwe korrispondenza li bgħattilna) ma jiġux affettwati (skont il-politiki applikabbli), u xorta tkun tista’ taċċessa l-paġni pubbliċi tagħna għall-iskop uniku li taqra kontenut disponibbli pubblikament fuq il-Proġetti. F’ċirkostanzi bħal dawn, madankollu, jaf ma tkunx tista’ taċċessa l-kont jew is-settings tiegħek. Madankollu, irrispettivament minn kwalunkwe dispożizzjoni oħra f’dawn it-Termini tal-Użu, aħna nirriżervaw id-dritt li nissospendu jew intemmu s-servizzi fi kwalunkwe ħin, bi jew mingħajr raġuni, u b’avviż jew mingħajru. Anke wara li l-użu u l-parteċipazzjoni tiegħek jiġu pprojbiti, imblukkati jew sospiżi b’xi mod ieħor, dawn it-Termini ta’ Użu ser jibqgħu fis-seħħ rigward id-dispożizzjonijiet rilevanti, inklużi t-Taqsimiet 1, 3, 4, 6, 7, 9-16, u 18.

14. Tilwim u Ġurisdizzjoni

Enfasizzat għall-enfasi

Nittamaw li ma jinqala’ ebda nuqqas ta’ qbil serju li jinvolvik, iżda, f’każ li jkun hemm tilwima, inħeġġuk tfittex soluzzjoni permezz tal-proċeduri jew tal-mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim ipprovduti mill-Proġetti jew mill-edizzjonijiet tal-Proġett u l-Fondazzjoni Wikimedia. Jekk tfittex li tippreżenta talba legali kontra tagħna, taqbel li tippreżentaha u ssolviha esklussivament f’qorti statali jew federali li tinsab fil-Kontea ta’ San Francisco, California. Taqbel ukoll li l-liġijiet tal-Istat ta’ Kalifornja u, sal-punt applikabbli, il-liġijiet tal-Istati Uniti tal-Amerika se jirregolaw dawn it-Termini tal-Użu, kif ukoll kwalunkwe pretensjoni legali li tista’ tinqala’ bejnek u bejnietna (mingħajr referenza għal prinċipji tal-kunflitt tal-liġijiet). Inti taqbel li tissottometti għall-ġurisdizzjoni personali ta’, u taqbel li l-post huwa xieraq fil-qrati li jinsabu fil-Kontea ta’ San Francisco, California, fi kwalunkwe azzjoni legali jew proċediment relatat magħna jew ma’ dawn it-Termini tal-Użu.

Biex tiżgura li t-tilwim jiġi ttrattat malajr wara li jinqalgħu, inti taqbel li irrispettivament minn kwalunkwe statut jew liġi kuntrarja, kwalunkwe talba jew kawża ta’ azzjoni li jista’ jkollok li tirriżulta minn jew li tkun relatata mal-użu tas-servizzi tagħna jew ma’ dawn it-Termini ta’ Użu trid tiġi ppreżentata fi ħdan l-istatut tal-limitazzjonijiet applikabbli jew, jekk qabel, sena (1) wara li l-fatti pertinenti sottostanti ta’ tali talba jew tal-kawża ta’ azzjoni setgħu ġew skoperti b’diliġenza raġonevoli (jew jiġu mblukkati għal dejjem).

Medjazzjonijiet tal-Kumpaniji tal-Kummerċjalizzazzjoni Kif deskritt fit-taqsima 4 ta’ dawn it-Termini tal-Użu, inti taqbel li ssolvi l-ksur tal-Kontribuzzjonijiet Imħallsa mingħajr Żvelar ta’ Medjazzjoni ta’ Kumpanija ta’ Kummerċjalizzazzjoni fid-diskrezzjoni tal-Fondazzjoni. Il-Medjazzjonijiet tal-Kumpaniji tal-Kummerċjalizzazzjoni huma medjazzjoni vinkolanti fejn, fi tmiem jew sessjoni ta’ nofs jum jew ġurnata sħiħa, kwalunkwe oġġett ikkontestat li jibqa’ mhux solvut jiġi deċiż mill-medjatur f’deċiżjoni li torbot legalment. Dawn se jsiru f’laqgħat permezz ta’ telekonferenza jew vidjokonferenza. Jekk tkun meħtieġa laqgħa personalment, allura l-medjazzjoni tal-Kumpanija tal-Kummerċjalizzazzjoni se ssir fil-Kontea ta’ San Francisco, California. Il-partijiet se jaqsmu l-miżati u l-ispejjeż kollha relatati mal-medjazzjoni/arbitraġġ indaqs.

Inti taqbel, bħala parti minn Medjazzjoni tal-Kumpanija tal-Kummerċjalizzazzjoni, li tikkoopera mal-Fondazzjoni, inkluż billi tipprovdi f’waqtha kwalunkwe dokumentazzjoni fil-pussess tiegħek relatata mal-attivitajiet ta’ editjar mhux żvelati tiegħek, inklużi l-kontijiet użati, l-artikoli affettwati, u l-klijenti li xtraw dawn is-servizzi.

Il-medjazzjoni tal-Kumpaniji tal-Kummerċjalizzazzjoni huma suġġetti għal u rregolati mill-Att Federali ta’ Arbitraġġ sal-punt li l-midjatur isir arbitru. Il-parti prevalenti għandha tkun intitolata li tirkupra d-drittijiet tal-avukati tagħha (inklużi l-miżati kollha meħtieġa biex tiddetermina l-applikabilità tal-medjazzjoni tal-Kumpanija tal-Kummerċjalizzazzjoni u biex tinforza r-riżultat vinkolanti) u l-ispejjeż kollha relatati mal-investigazzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tagħha. Parti tista’ titqies bħala “prevalenti” anki jekk ma tirnexxix fuq kull talba affermata.

Jekk għal xi raġuni l-intier ta’ dawn ir-rekwiżiti tal-medjazzjoni tal-Kumpanija tal-Kummerċjalizzazzjoni jinstabu li mhumiex infurzabbli, inti taqbel li ssolvi kwalunkwe tilwim kif deskritt fil-bidu ta’ din it-taqsima.

15. Ċaħdiet

Enfasizzat għall-enfasi

Fil-Fondazzjoni Wikimedia, aħna nagħmlu l-almu tagħna biex nipprovdu kontenut edukattiv u informattiv lil udjenza wiesgħa ħafna, iżda l-użu tiegħek tas-servizzi tagħna huwa għar-riskju uniku tiegħek. Aħna nipprovdu dawn is-servizzi fuq bażi “kif inhuma” u “kif disponibbli”, u espressament niċħdu l-garanziji espressi jew impliċiti kollha ta’ kull tip, inklużi iżda mhux limitati għall-garanziji impliċiti ta’ kummerċjabilità, saħħa għal skop partikolari, u mhux ksur. Aħna ma nagħmlu l-ebda garanzija li s-servizzi tagħna se jissodisfaw ir-rekwiżiti tiegħek, ikunu siguri, mingħajr interruzzjoni, f’waqthom, preċiżi, jew mingħajr żbalji, jew li l-informazzjoni tiegħek tkun sigura.

Aħna m’aħniex responsabbli għall-kontenut, id-dejta, jew l-azzjonijiet ta’ partijiet terzi, u inti teħles lilna, lid-diretturi, l-uffiċjali, l-impjegati u l-aġenti tagħna minn kwalunkwe pretensjoni u danni, magħrufa u mhux magħrufa, li jirriżultaw minn jew li jkunu b’xi mod konnessi ma’ xi talba li għandek kontra kwalunkwe partijiet terzi bħal dawn. L-ebda parir jew informazzjoni, kemm bil-fomm jew bil-miktub, miksuba minnek mingħandna jew permezz jew mis-servizzi tagħna ma toħloq garanzija mhux iddikjarata espressament f’dawn it-Termini tal-Użu.

Kwalunkwe materjal imniżżel jew miksub b’xi mod ieħor permezz tal-użu tiegħek tas-servizzi tagħna jsir fid-diskrezzjoni u r-riskju tiegħek, u inti tkun unikament responsabbli għal kwalunkwe ħsara lis-sistema tal-kompjuter tiegħek jew għat-telf ta’ dejta li jirriżulta mit-tniżżil ta’ kwalunkwe materjal bħal dan. Inti taqbel li m’għandna l-ebda responsabbiltà jew responsabbiltà għat-tħassir ta’, jew għan-nuqqas li naħżnu jew li jittrażmettu, kwalunkwe kontenut jew komunikazzjoni miżmuma mis-servizz. Aħna nżommu d-dritt li noħolqu limiti fuq l-użu u l-ħażna fid-diskrezzjoni unika tagħna fi kwalunkwe ħin b’avviż jew mingħajr avviż.

Xi stati jew ġurisdizzjonijiet ma jippermettux it-tipi ta’ ċaħdiet f’din it-taqsima, għalhekk jistgħu ma japplikawx għalik, la parzjalment u lanqas kompletament skont il-liġi.

16. Limitazzjoni fuq ir-Responsabbiltà

Enfasizzat għall-enfasi

Il-Fondazzjoni Wikimedia mhux se tkun responsabbli lejk jew lejn xi parti oħra għal xi ħsarat diretti, indiretti, inċidentali, speċjali, konsegwenzjali jew eżemplari, inklużi iżda mhux limitati għal, danni għal telf ta’ profitti, rieda tajba, użu, dejta, jew telf ieħor intanġibbli, irrispettivament minn jekk ġejniex avżati dwar il-possibbiltà ta’ dannu bħal dan. Ir-responsabbiltà tagħna m’għandhiex taqbeż l-elf dollaru Amerikan (USD 1000.00) b’mod aggregat. Fil-każ li l-liġi applikabbli tista’ ma tippermettix il-limitazzjoni jew l-esklużjoni tar-responsabbiltà jew ta’ danni inċidentali jew konsegwenzjali, il-limitazzjoni jew l-esklużjoni ta’ hawn fuq tista’ ma tapplikax għalik, għalkemm ir-responsabbiltà tagħna tkun limitata sal-limitu massimu li jkun permess mil-liġi applikabbli.

17. Modifiki għal dawn it-Termini tal-Użu

Hekk kif l-input tal-komunità Wikimedia huwa essenzjali għat-tkabbir u l-manutenzjoni tal-Proġetti, aħna nemmnu li l-kontribut tal-komunità huwa essenzjali biex dawn it-Termini tal-Użu jaqdu sew lill-utenti tagħna. Huwa wkoll essenzjali għal kuntratt ġust. Għalhekk, aħna ser nipprovdu dawn it-Termini tal-Użu, kif ukoll kwalunkwe reviżjoni sostanzjali futura ta’ dawn it-Termini tal-Użu, lill-komunità biex tikkummenta mill-inqas tletin (30) jum qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ kummenti. Jekk reviżjoni proposta futura tkun sostanzjali, aħna nipprovdu 30 jum addizzjonali għall-kummenti, wara li npoġġu traduzzjoni tar-reviżjoni proposta f’mill-inqas tliet lingwi (magħżula fid-diskrezzjoni tagħna). Il-komunità se tkun imħeġġa tittraduċi r-reviżjoni proposta f’lingwi oħra kif xieraq. Għal bidliet għal raġunijiet legali jew amministrattivi, biex tikkoreġi dikjarazzjoni mhux preċiża, jew bidliet bi tweġiba għall-kummenti tal-komunità, aħna ser nipprovdu mill-inqas avviż ta’ tlett (3) ijiem.

Minħabba li jista’ jkun meħtieġ li jiġu modifikati dawn it-Termini ta’ Użu minn żmien għal żmien, aħna ser nipprovdu avviż ta’ tali modifiki u l-opportunità għall-kummenti permezz tas-siti web tal-Proġett, u permezz ta’ notifika fuq WikimediaAnnounce-l. Madankollu, nitolbu li jekk jogħġbok tirrevedi perjodikament l-aktar verżjoni aġġornata ta’ dawn it-Termini ta’ Użu. L-użu kontinwu tiegħek tas-servizzi tagħna wara li t-Termini tal-Użu l-ġodda jsiru uffiċjali wara l-perjodu ta’ avviż u reviżjoni jikkostitwixxi aċċettazzjoni ta’ dawn it-Termini tal-Użu min-naħa tiegħek. Għall-protezzjoni tal-Fondazzjoni Wikimedia u utenti oħra bħalek, jekk ma taqbilx mat-Termini tal-Użu tagħna, ma tistax tuża s-servizzi tagħna.

18. Termini Oħra

Dawn it-Termini tal-Użu ma joħolqux impjieg, aġenzija, sħubija, kontroll konġunt jew relazzjoni ta’ impriża konġunta bejnek u bejnna, il-Fondazzjoni Wikimedia. Għall-finijiet tal-liġi taż-Żona Ekonomika Ewropea, il-liġi tar-Renju Unit, jew liġijiet oħra li jinvolvu kunċett simili, inti m’intix qed taġixxi “taħt l-awtorità” tal-Fondazzjoni meta tuża s-servizzi. Jekk ma ffirmajtx ftehim separat magħna, dawn it-Termini tal-Użu ser ikunu l-ftehim kollu bejnek u bejnietna. Jekk ikun hemm xi kunflitt bejn dawn it-Termini tal-Użu u ftehim iffirmat bil-miktub bejnek u magħna, il-ftehim iffirmat ser jieħu preċedenza.

Inti taqbel li nistgħu nipprovdulek avviżi, inklużi dawk dwar bidliet fit-Termini tal-Użu, permezz ta’ email, posta normali, jew posts fuq il-Proġetti jew fuq is-siti web tal-Proġetti.

Jekk fi kwalunkwe ċirkostanza, aħna ma napplikaw jew ninfurzaw l-ebda dispożizzjoni ta’ dawn it-Termini tal-Użu, din ma tifissirx rinunzja għal dik id-dispożizzjoni.

Inti tifhem li, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bil-miktub minna, m’għandek l-ebda aspettattiva ta’ kumpens għal kwalunkwe attività, kontribuzzjoni, jew idea li tipprovdilna, li tipprovdi lill-komunità, jew lill-Proġetti jew lill-edizzjonijiet ta’ Proġett.

Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja f’dawn it-Termini ta’ Użu, aħna (il-Fondazzjoni Wikimedia) u inti naqblu li ma nimmodifikawx it-termini u r-rekwiżiti applikabbli ta’ kwalunkwe liċenzja b’xejn li tkun applikata fuq il-Proġetti jew fuq l-edizzjonijiet ta’ Proġett meta tali liċenzja ħielsa tkun awtorizzata minn dawn it-Termini tal-Użu.

Dawn it-Termini ta’ Użu nkitbu bl-Ingliż (U.S.). Filwaqt li nittamaw li t-traduzzjonijiet ta’ dawn it-Termini ta’ Użu huma preċiżi, f’każ ta’ xi differenzi fit-tifsira bejn il-verżjoni oriġinali bl-Ingliż u traduzzjoni, il-verżjoni oriġinali bl-Ingliż tieħu preċedenza.

Jekk xi dispożizzjoni jew parti minn dispożizzjoni ta’ dawn it-Termini ta’ Użu tinstab li hija illegali, nulla, jew mhux infurzabbli, dik id-dispożizzjoni jew parti minnha titqies separata minn dawn it-Termini ta’ Użu u tiġi infurzata sal-limitu massimu permissibbli, filwaqt li d-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn it-Termini ta’ Użu jibqgħu fis-seħħ bis-sħiħ.

Grazzi!

Napprezzaw li tieħu l-ħin biex taqra dawn it-Termini tal-Użu, u ninsabu kuntenti ħafna li ser tikkontribwixxi għall-Proġetti u li ser tuża s-servizzi tagħna. Permezz tal-kontribuzzjonijiet tiegħek, qed tgħin biex tibni xi ħaġa tassew kbira – mhux biss ġabra importanti ta’ Proġetti ta’ referenza editjati b’mod kollaborattiv li jipprovdu edukazzjoni u informazzjoni lil miljuni li kieku ma jkollhomx aċċess, iżda wkoll komunità vibranti ta’ imsieħba li jaħsbuha l-istess, impenjati, u ffukati fuq għan nobbli ħafna.


Dawn it-Termini ta' Użu daħlu fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2023. Verżjonijiet preċedenti tat-termini:


Please note that in the event of any differences in meaning or interpretation between the original English version of this content and a translation, the original English version takes precedence.